POEŻIJA DWAR ID-DIPRESSJONI MINN ESPERJENZI PROFESSJONALI

Id-dipressjoni taħkem il-moħħ bla qies,

Thewden u thewden waħdek bla nies.

 

Bla saħħa, bla ħeġġa, bla enerġija;

Qisu moħħ maqbud fit-tieni gwerra dinjija.

 

Xejn ma tara ħlief swied, kull ma tħoss bħal diqa u ma tafx għal xiex.

Kulħadd jgħidlek biex tqum u tmexxi,

Pero ftit jistgħu jifhmu li diffiċli tirnexxi.

 

Tkun trid toħroġ mill-battalja u torqod għal ftit.

F’kemm ili ngħidlek tqum u tmur tfittex l-inbid.

 

Għax minn problema jsiru tnejn u mingħalik li x-xorb jibda jgħin.

Sakemm tistabar u tinduna li filfatt ix-xorb jġibek qisek tarbija tan-nuna.

 

Tarbija waħedha abbandunata bla mħabba, tarbija tibki u tokrob għall-attenzjoni.

U minn hemm tinduna li wasal il-ħin biex tieħu azzjoni.

 

Tmur tfittex l-għajnuna u mill-ewwel issib,

li l-għajnuna kien hemm, filfatt kien qrib.

 

Psikjatra jibdielek terapija u mediċina,

U f’kemm ili ngħidlek terġa tibda tħoss l-adrenalina.

 

U fl-aħħar wara ħafna żmien,

Terġa’ tibda tħossok qiegħed tgħix u mhux teżisti bla waqfien.

Miktuba minn Dr Steve Sammut Alessi

 

Previous
Previous

Mtarfa Mental Health Centre - Before & After COVID-19